Biex issib dak li trid malajr, agħżel minn dan li ġej:

Id-Deċiżjonijiet tal-Arbitru

Tista' tfittex fid-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji u sentenzi maħruġa mill-Qorti tal-Appelli Ċivili (Inferjuri) għal dawk id-deċiżjonijiet li ġew appellati.

Tista' tirfina t-tfittxija tiegħek billi tagħzel bejn l-isem tal-provditur tas-servizz finanzjarju, il-lingwa tad-deċiżjoni, is-sena tad-deċiżjoni, id-data tad-deċiżjoni minn/għal, is-settur, ir-riżultat tad-deċiżjoni, u jekk id-deċiżjoni ġietx appellata jew le. Jekk tagħżel skont is-settur (eż. 'Banking'), tista' tiffiltra l-għażla tiegħek billi tagħżel 'Issue' (eż. 'Charges') u/jew 'Product' (eż. 'Cards'). Agħżel mid-'drop down filters' fuq in-naħa tax-xellug.

Il-ġabra tad-deċiżjonijiet tiġi aġġornata minn żmien għal żmien. F'konformità mal-politika tal-OAFS, fir-rigward ta' dawn id-deċiżjonijiet, minflok l-ismijiet tal-ilmentaturi jintużaw psewdonimi (l-ismijiet propja jinbidlu b'referenza alfabetika li ma jkollhiex x'taqsam mal-ismijiet vera).

Il-mandat tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji hu li jinvestiga u jiġġudika l-ilmenti ppreżentati minn ilmentaturi eliġibbli (individwi u intrapriżi żgħar) fuq provdituri tas-servizzi finanzjarji liċenzjati jew awtorizzati mir-regolatur Malti tas-servizzi finanzjarji. Meta każ jiġi referut lill-Arbitru u tinħareġ deċiżjoni, din tkun torbot liż-żewġ partijiet.

Kull parti tista' titlob lill-Arbitru jikkjarifika jew jikkoreġi kwalunkwe żball fil-komputazzjoni, klerikali, tipografiku, jew nuqqasijiet simili f'temp ta' 15-il jum minn meta tkun ittieħdet id-deċiżjoni. Id-deċiżjonijiet jistgħu jintlaqgħu b'mod sħiħ (Upheld by the Arbiter), b'mod parzjali (Partially Upheld by the Arbiter), jew jiġu rrifjutati (Not upheld), u jistgħu jiġu appellati minn kwalunkwe parti.

Għar-rigward ta' sentenzital-Qorti tal-Appelli Ċivili (Inferjuri), aħna nirreferu għall-websajt tal-eCourts tal-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati (https://ecourts.gov.mt/onlineservices/) għan-numri ta' riferenza u s-sentenzi tal-każijiet appellati.Tagħrif dwar deċiżjonijiet appellati li jidher fuq is-sit tagħna jiġi aġġornata perjodikament. Madankollu, dan it-tagħrif għandu dejjem jiġi ċċekkjat mal-websajt tal-eCourtsperess li ma nagħmlu l-ebda rappreżentazzjoni jew nagħtu garanzija ta' kwalunkwe tip, espressa jew impliċita, tal-kompletezza, l-eżattezza jew l-affidabbiltà tiegħu.

Jekk jogħġbok agħmel kuntatt magħna hawnhekk jekk tiltaqa' ma' xi link li ma taħdimx jew xi tagħrif ieħor inkorrett. Grazzi.

Switch to List View
Rif. tal-każ tal-ASF Provditur tas-servizz Eżitu Data tad-deċiżjoni tal-Arbitru Rif. tal-Qorti tal-Appell
ASF 053/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 20/01/2020 Not Appealed
ASF 005/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 20/01/2020 Not Appealed
ASF 056/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 20/01/2020 Not Appealed
ASF 069/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 20/01/2020 Not Appealed
ASF 010/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 20/01/2020 Not Appealed
ASF 109/2018 Momentum Pensions Malta Limited Partially Upheld by Arbiter 01/01/2020 39/2020
ASF 046/2019 Building Block Insurance PCC Limited Not Upheld 27/12/2019 Not Appealed
ASF 074/2019 Lombard Bank Malta plc Not Upheld 27/12/2019 Not Appealed
ASF 055/2019 Building Block Insurance PCC Limited Upheld by Arbiter 27/12/2019 Not Appealed
ASF 086/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 27/12/2019 Not Appealed
ASF 033/2019 Building Block Insurance PCC Limited Upheld by Arbiter 27/12/2019 Not Appealed
ASF 012/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 27/12/2019 Not Appealed
ASF 019/2018 All Invest Company Limited Upheld by Arbiter 27/12/2019 Not Appealed
ASF 173/2018 HSBC Bank Malta plc Not Upheld 25/11/2019 Not Appealed
ASF 098/2018 GlobalCapital Financial Management Limited Upheld by Arbiter 25/11/2019 092/2019
ASF 099/2018 Crystal Finance Investments Limited Not Upheld 11/11/2019 Not Appealed
ASF 435/2016 Crystal Finance Investments Limited Not Upheld 11/11/2019 Not Appealed
ASF 051/2019 Crystal Finance Investments Limited Not Upheld 11/11/2019 Not Appealed
ASF 151/2018 Crystal Finance Investments Limited Not Upheld 11/11/2019 Not Appealed
ASF 038/2019 Building Block Insurance PCC Limited Upheld by Arbiter 11/11/2019 Not Appealed