Ikkuntattjana

F’din il-paġna ssib kif tista’ tagħmel kuntatt magħna meta tkun tixtieq tistaqsina xi ħaġa jew titlobna l-għajnuna.

 

Staqsina elettronikament

Tista’ tibagħtilna mistoqsija meta trid mill-formola elettronika. Nagħmlu l-almu tagħna biex inweġbuk fi ftit jiem minn meta tidħlilna l-mistoqsija tiegħek.

Ibagħtilna mistoqsija

 

Ċemplilna

Il-linji tagħna jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’dawn il-ħinijiet: Fix-xitwa: mit-8am sat-3pm // Fis-sajf: mit-8am sas-1pm.

 

Freephone

Ċemplilna b’xejn fuq 80072366 (it-telefonata tkun b’xejn jekk iċċemplilna minn linja fissa f’Malta, inkella japplikaw it-tariffi standard tal-provditur tat-telefonija tiegħek).



 

Mobile u Whatsapp

 +356 79219961 għal mistoqsijiet relatati mal-assigurazzjoni   

+356 79219958 għal mistoqsijiet relatati mas-servizzi bankarji jew ta’ investiment

Tista’ tiktbilna messaġġ u nċemplulek lura. 

 

Linja Fissa

+356 21249245

 

Ibagħtilna l-ilment tiegħek

Jekk tixtieq tibagħtilna lment, imla l-formola elettronika tal-ilmenti jew niżżel kopja tagħha pdf. Jekk jogħġbok aqra l-passi kollha qabel tibda timlieha. 

 

Fejn qegħdin

L-uffiċċji tagħna qegħdin il-Furjana. Għas-saħħa u s-sigurtà tal-istaff, qed nitolbu lill-pubbliku u lil dawk kollha li naħdmu magħhom biex għalissa jevitaw il-kuntatt dirett fl-uffiċċji tagħna. Ħadna din il-miżura biex niżguraw li jkollna ambjent aħjar għall-impjegati tagħna u ntaffu kemm nistgħu t-tixrid tal-coronavirus.

 Kwalunkwe komunikazzjoni u dokumentazzjoni tista’ tgħaddihielna bil-posta, b’telefonata jew elettronikament (complaint.info@asf.mt). Tużax dan l-indirizz elettroniku biex tibgħat l-ilmenti jew il-mistoqsijiet tiegħek. Għal dawn uża l-formola elettronika.

L-indirizz postali tagħna hu: L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, L-Ewwel Sular, Pjazza San Kalċidonju, Il-Furjana FRN 1530, Malta.