L-Istruttura Tagħna

L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji twaqqaf fl-2016.



Aħna entità awtonoma u indipendenti bis-setgħa li tagħmel medjazzjoni, tinvestiga u tiddeċiedi fuq l-ilmenti ta’ klijenti eliġibbli kontra provdituri tas-servizzi finanzjarji li huma liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), ir-regolatur tas-servizzi finanzjarji f’Malta.
 

L-Arbitru huwa għalkollox indipendenti u imparzjali minn kull parti konċernata fl-ilment. 

L-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji hu Dr Reno Borg, BA (Hons), MA, LLD.

 

 

 


L-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Uffiċċju huwa responsabbli minnha l-Bord (il-Bord tal-Immaniġġjar u l-Amministrazzjoni), immexxi minn chairperson. Il-Bord mhux involut fid-deċiżjoni tal-każijiet, u għandu r-rwoli ewlenin li:

  • jgħin lill-Arbitru billi jipprovdilu r-riżorsi kollha meħtieġa biex jaħdem;
  • jara li l-Uffiċċju jaqdi l-funzjoni tiegħu b’mod effiċjenti u effettiv; u
  • jagħti pariri fuq id-direzzjoni strateġika tal-Uffiċċju.

Il-Bord tal-Immaniġġjar u l-Amministrazzjoni fi ħdan l-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji hu magħmul minn president u żewġ membri:

Geoffrey Bezzina, BA (Hons) Banking & Finance, MA European Studies (chairperson)

Peter Muscat, BA, ACIB (London) (membru)

Dr Anna Mallia, LLD, LLM (Lond.), Dip. Tax (MIT) (membru)