L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji (OAFS) joffri mekkaniżmu indipendenti u awtonomu biex ikunu jistgħu jissolvew, barra mill-qrati, il-kwistjonijiet ta’ bejn il-klijenti u l-provdituri tas-servizzi finanzjarji awtorizzati mir-regolatur Malti tas-servizzi finanzjarji.
Qegħdin hawn biex ngħinuk tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.
Jekk tixtieq issir tafna aħjar, idħol fit-taqsima DWARNA.
Tista’ tikkuntattjana informalment fuq il-każ tiegħek minn hawn.
Jekk ma tistax issib li tixtieq jew trid tistaqsina xi ħaġa, ibagħtilna mistoqsija hawn.
Kif tagħmel ilment fi 3 passi
L-1 Pass
L-ewwel ibgħat l-ilment lill-provditur tiegħek
It-2 Pass
Jekk it-tweġiba tal-provditur ma tkunx sodisfaċenti
It-3 Pass
Ibgħat ilment lilna
jew
Effettiv mill-Ġimgħa 12 ta’ Marzu 2021
L-Uffiċċju tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji qed josserva mill-qrib l-iżviluppi fir-rigward tal-imxija tal-COVID-19 fost il-komunità u qed ikompli josserva t-twissijiet u l-pariri tal-awtoritajiet. L-ewwel prijorità tagħna hija s-sikurezza kontinwa tal-impjegati tagħna. L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika qed ikomplu jagħtu parir li d-distanza soċjali hija l-iktar strateġija effettiva biex jitnaqqas t-tixrid tal-virus. Għalhekk, l-uffiċċji tagħna se jkunu magħluqa temporanjament, u l-istaff se jkun qed jaħdem mid-dar. Jekk jogħġbok, żur il-paġna “Ikkuntattjana” għad-dettalji dwar kif tista’ tagħmel kuntatt magħna. Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.
Mistoqsijiet u Każijiet Żgħar
B’dan is-servizz ngħinuk issolvi każijiet żgħar u nweġbuk informalment. Staqsina fuq il-każ tiegħek. Lesti niggwidawk biex tindirizza l-kwistjoni tiegħek bl-aħjar mod.
Deċiżjonijiet
Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru, bis-sena, ħalli tkun taf x’ħareġ mill-investigazzjonijiet u x’kienu l-konklużjonijiet.
Ara d-Deċiżjonijiet tal-Arbitru
Ilmenti Lil Hinn minn Malta
Agħmel ilment lil xi provditur tas-servizzi finanzjarji li qiegħed f’pajjiż ieħor tal-UE/ŻEE.